Lingwa Maltija - Wikipedija

Lingwa Maltija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

It-template {{portal}} għandha bżonn ta' l-anqas ta' argument.

Il-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tar-Repubblika ta' Malta. Huwa l-ilsien uffiċċjali flimkien ma' l-Ingliż; kif ukoll wieħed mill-lingwi uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Din il-lingwa għandha bażi u għerq semitiku, meħud minn djalett Għarbi ta' l-Afrika ta' Fuq, u għalhekk qatt ma kellu l-ebda relazzjoni ma' l-Għarbi Klassiku. Imma tul iż-żminijiet, permezz ta' proċess ta' latinizzazjoni ta' Malta, bdew jidħlu ħafna elementi mill-Isqalli, djalett ta' art li wkoll għaddiet minn perijodu ta' dominju Għarbi. Wara l-Isqalli beda dieħel ukoll it-Taljan, speċjalment fil-perijodu tad-daħla tal-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann sa meta l-Ingliż ħa post it-Taljan bħala lingwa uffiċċjali fil-Kostituzzjoni Kolonjali tal-1934. Il-Malti huwa l-uniku lsien ta' oriġini semitika li jinkiteb b'ittri Latini. L-alfabett Malti fih tletin ittra (24 konsonanti u 6 vokali) li jidhru f'din l-ordni:

A,a; B,b; Ċ,ċ; D,d; E,e; F,f; Ġ,ġ; G,g; GĦ,għ; H,h; Ħ,ħ; I,i; IE,ie; J,j; K,k; L,l; M,m; N,n; O,o; P,p; Q,q; R,r; S,s; T,t; U,u; V,v; W,w; X,x; Ż,ż; Z,z.


Werrej

[editja] Struttura

Il-Malti huwa lingwa li fiha elementi lingwistiċi mħalltin illi jirrappreżentaw perjodi storiċi tal-pajjiż u ħakmiet barranin matul is-sekli. Għalkemm għandu bażi lingwistika Għarbija, ninnutaw li l-Malti huwa wkoll mibni minn żieda massiċċa ta' elementi li joriġinaw minn vokabularji rumanzi (mit-Taljan), mill-Franċiż u anke, iktar reċenti, mill-Ingliż.

L-aċċettazzjoni tal-Malti bħala lingwa uffiċċjali hija xi ħaġa pjuttost riċenti, appuntu fis-sena 1934, meta dan iddaħħal mal-Ingliż minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-poplu kien illitterat, u allura la kien jaf jitkellem bit-Taljan u wisq inqas bl-Ingliż; dan huwa l-każ tipiku fejn bejn żewġ ġellieda, igawdi t-tielet wieħed. Kien avveniment kontroversjali ħafna meta wieħed jikkunsidra li dak iż-żmien, Malta kienet taħt il-ħakma tal-Ingliżi, u b'hekk kien hemm konflitt ta' interess meta l-istess Ingliżi ħolqu kostituzzjoni li kienet tinjora l-kultura li kienet ilha prestabbilita għal mijiet ta' snin. Wieħed ma jistax jinnega però li l-Ingliż kellu sehem importanti fl-iżvilupp soċjo-politiku u awtonomu ta' dan il-pajjiż.

Għalkemm il-Malti daħal f'ħafna oqsma tas-soċjetà bħal ma huma l-politika, il-liġi u, sa ċertu punt, il-massmedja popolari, l-Ingliż f'Malta huwa l-lingwa ewlenija fejn jidħol il-qasam tal-kummerċ barrani, u studji xjentifiċi (inklużi l-istudji tal-matematika, il-fiżika, il-mediċina, u b'mod mill-iktar predominanti, l-informatika).

Saru diversi sejbiet minn riċerkaturi storiċi f'manuskritti ġewwa l-Bibljoteka Nazzjonali fil-Belt Valletta (meqjusa fost l-eqdem libreriji nazzjonali fid-dinja) u bnadi oħra illi jippruvaw b'mod dirett l-użu ta' l-ilsien Malti lura fis-snin, u s'issa hemm ċertezza li dan kien jintuża f'forma mhux daqstant differenti minn dik tal-lum sa mis-Seklu XVI.

Però t-tentattiv għall-istudju ta' l-ilsien Malti bħala lingwa, sar-realtà maqsuma anki mill-poplu inġenerali biss mal-wasla tal-Franċiżi f'Malta fl-1798. Il-Franċiżi kienu dawk illi rrikonoxxew f'dan il-vernakolu lokali mezz ta' propagazzjoni aħjar tat-tagħlim repubblikan, ovvjament ta' importanza politika konvenjenti għalihom, qalb il-poplu. (Aqra aktar dwar Mikiel Anton Vassalli u il-ħakma Franċiża f'Malta).

Interessanti illi komponent ftit studjat, u ħafna drabi evitat fil-kuntest ta' l-istudji lingwistiċi tal-Malti, huwa l-element tal-konvenjenza politika illi kien dejjem preżenti u ħafna drabi determinanti għal dak illi ġara fit-tfassil ta' din il-lingwa għal kif nafuha llum mal-medda tas-snin; jista' jitqies banali minn xi persuni, però fi żminijiet fejn Malta kienet qed titħabbeb mal-Libja ninnutaw enfasi fuq l-istudju ta' l-Għarbi, u l-użu infurzat ta' kliem bħal Ħelsien li hija ta' nisel Semitiku flok kliem iktar ta' użu popolari bħal Libertà li għandha nisel Rumanz - probabilment minħabba l-fatt politiku li t-Taljan jiġi mgħaqqad mal-Partit Nazzjonalista, filwaqt li l-Ingliż narawh mgħaqqad mal-Malta Labour Party, li nbena fuq esponenti tal-moviment trejdjunjonista anglofilu tas-snin għoxrin.

Il-Malti hu rregolat mill-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti.

[editja] Storja

Matul is-snin Malta ħaddnet it-Taljan bħala lingwa uffiċjali: Il-Kavallieri ta' San Ġwann, bejn l-1530 u l-1798 ħaddnu it-Taljan bħala lingwa uffiċjali (ferm qabel l-Italja stess, illi ingħaqdet bħala stat wieħed, bid-djalett Toskan, il-Fjorentin, djalett Taljan ta' Firenze, bħala lingwa nazzjonali) fl-1864.

Mal-wasla tal-Ingliżi fis-sena 1800, il-gżejjer Maltin għaddew minn idejn ir-Re taż-Żewġ Sqallijiet, li kien wiret iċ-ċens perpetwu tal-Gżejjer Maltin mingħand l-Sagru Imperu Ruman, għal ħdan l-Imperu Brittanniku uffiċjalment fis-sena 1814, u tant kienu importanti għall-Ingliżi li dawn kienu lesti jattakaw lill-Franċiżi basta Malta tibqa' f'idejhom. Lingwistikament dan ma biddel xejn għaliex it-Taljan kompla jgawdi għeruq fondi ġewwa Malta l-aktar fost il-klassijiet kolti, professjonisti, reliġjużi imlaħħqa u kummerċjanti kbar.

Mal-wasla tagħhom f'Malta, l-Ingliżi sabu pajjiż bi klassi ta' nies ta' skola (tobba, avukati, kjeriċi, nutara, periti u riċerkaturi) li kienu jappoġġaw it-Taljan, u meta tħalliet il-libertà ta' l-istampa naraw kif bdew ifaqqsu rivisti u ġurnali bit-Taljan. Kien fattur illi poġġa lil Malta fi klassi oħra ta' territorji maħkuma mill-Ingliżi. Malta kellha l-klassi politika tagħha, il-qrati istitwiti tagħha, reliġjon organizzata, u bażi infrastrutturali ta' portijiet u difiża interessanti għal dak iż-żmien. Żgur li din ta' l-aħħar flimkien mas-serħan tal-moħħ illi Malta ma kenitx ser toffri reżistenza popolari, kienu attrazzjonijiet illi żammew lill-Imperu Brittanniku f'Malta dak iż-żmien.

Tajjeb illi nosservaw illi għalkemm il-klassi kolta tal-pajjiż kienet żgħira fl-għadd u għaldaqstant f'minoranza meta imqabbla mal-popolazzjoni kollha, din ma kenitx karatteristika esklussivament lokali. Fil-fatt, din kienet qagħda illi wieħed seta' jqabbel ma' żoni oħrajn ta' l-Ewropa meridjonali (bħal fi Sqallija u l-Italja t'Isfel) fejn kienu ftit min-nies illi kellhom aċċess għat-tagħlim.

L-element ta' konvenjenza politika beda jaqbad l-art ġmielu malli l-ekonomija u l-kummerċ tjiebu, u dan ġara b'mod speċjali meta faqqgħet il-gwerra tal-Krimea u meta nfetaħ il Kanal ta' Suez, li poġġa l-Malta fir-rotta prinċipali tal-Imperu Britanniku. Il-preżenza militari Ingliża attirat kummerċ u ċaqliq ta' nies, saħħet is-snajjiet tradizzjonali abbinati mal-industriji portali però anke ntroduċiet snajja' ġodda u tagħlim ġdid fil-mekkanika. F'kelma waħda, żdied il-kuntatt ma' l-Ingliżi tant illi l-lingwa Ingliża (għax konvenjenti ekonomikament u 'l quddiem, anki politikament) bdiet tinbet bħala it-tieni lingwa wara t-Taljan.

Din ta' l-aħħar kienet predominju (ħakma) tal-professjonisti u kjerici illi kellhom rispett u importanza mill-popolin. Il-popolin qajla kellu aċċess għat-tagħlim għaldaqstant ftit li xejn kellu rwol f'dan il-kuntest ta' żvilupp lingwistiku dak iż-żmien.

Però, wara l-unifikazzjoni ta' l-Italja, l-Ingliżi ssuspettaw interess minn sezzjonijiet tal-poplu lokali fil-pajjiż ġar ta' l-Italja, li issa kien sar pajjiż wieħed li jifrex mill-fruntiera Franċiża, Svizzera u Awstrijaka fit-Tramuntana, sa Sqallija u l-gżira ta' Lampedusa fin-nofs in-nhar tal-peniżola. Malta f'għajnejn l-Ingliżi kienet potenzjalment parti minn din l-Italja unita. Il-preżenza ta' ħafna Maltin ġewwa l-Italja, u ta' ħafna Taljani f'Malta, msejħin eżuli, b'mod notabbli fosthom ċerti Damasiello, Fabrizi u Minotti, kompliet tqajjem dawn il-beżgħat fost l-Ingliżi illi ma xtaqux rivolti popolari f'dik illi kienet effettivament il-bażi marittima militari fuq għatbet pajjiż li seta' jkun ta' theddida iktar 'il quddiem.

Kienu dawn ta' fuq flimkien mal-qawmien tal-Faxxiżmu fl-Italja fl-1922, illi inċidentalment poġġew lill-Malti bħala l-lingwa rebbieħa fit-tellieqa għar-rwol futur ta' lingwa nazzjonali.

Fil-fatt kien fl-istess perjodu illi naraw l-istituzzjoni f'Malta ta' l-Akkademja tal-Malti, illi sabet il-flus biex tibda taħdem u tqajjem il-lingwaġġ popolari ppratikat (il-Malti) għall-lingwa mgħallma u miktuba. Kien hemm dibattiti sħan dwar jekk il-Malti għandux jinkiteb bl-alfabett Latin jew b'dak Għarbi (li anki jekk kien tajjeb minħabba illi l-Malti kien Għarbi fl-oriġini tal-bażi sintattika, seta jpoġġi l-Malta fl-isfera Għarbija tad-Dinja, u għalhekk din il-proposta ġiet imwaqqfa għall-benefiċċju ta' l-identità Ewropea ta' Malta).

L-interess li ntwera mill-ħakkiema Britanniċi f'dan il-fenomenu filoloġiku kien notevoli. Kien żmien ta' tilwim lingwistiku bejn ħafna studjużi u politiċi lokali dwar it-Taljan, (ikkunsidrat ta theddida għall-Ingliżi), l-Ingliż (il-lingwa franka ta' l-Imperu u dik ipprattikat fiċ-ċivil) u r-rwol il-ġdid tal-lingwa Maltija (oriġinarjament ikkunsidrata minn nies b'mentalità dispreġjativva lejn arthom bħala lingwa tal-kċina).

Fil-bidu tas-seklu għoxrin naraw qawmien fl-interess fil-Malti bħala lingwa letterarja u kien f'dan il-perjodu illi naraw lil kjeriku Dun Karm Psaila (li sa dak iż-żmien kien jikteb prevalentament bit-Taljan, tant illi kien saħansitra ppubblika ktieb ta' poeżiji bl-isem "Foglie d'Alloro" fl-1896) li bil-mod il-mod, bil-kitbiet pijunieri iżda prolifiċi tiegħu, serva ta' inkoraġġiment għal ħafna oħrajn interessati fil-Malti bħala lingwa t'espressjoni letterarja. Bil-kitbiet ħelwin u profondi tiegħu (bħal fl-Eleġija famuża "Il-Jien u Lil Hinn Minnu") Dun Karm ġie rikonoxxut bħala il-poeta Nazzjonali Malti matul ħajtu stess.

Fl-istess perjodu kienet ta' importanza ukoll it-traduzzjoni tal-Bibbja għall-Malti mill-Professur Pietru Pawl Saydon.

Fis-sena 1939 il-Malti daħal uffiċjalment flok it-Taljan, anke fil-qrati illi sa' din id-data kienet għadha il-lingwa ipprattikata mill-avukati flimkien ma'l-Ingliż.

It-tmiem tat-Tieni gwerra dinjija bir-rebħa għall-Alleati (illi tagħhom Malta kienet bażi fundamentali kemm bħala difiża tar-rotti Nord Afrikani kif ukoll bħala bażi ta' attakk għall-Italja), serviet bħala punt ta' partenza għall-Malti bħala lsien nazzjonali, indipendentement jekk sa dak iż-żmien qajla kien hawn 20% tal-poplu li kien jaf jikteb, u fost dawk illi kienu jafu, it-Taljan u l-Ingliż kienu esklussivament il-lingwi użati għat-tagħlim terzjarju, professjonali, reliġjuż u tekniku.

Fil-fatt, dan kien każ ċar ieħor kif il-konvenjenza politika offriet spinta 'l quddiem għall-lingwa Maltija. Bil-Malti bħala lingwa uffiċjali l-Maltin f'għajnejn l-Ingliżi qajla kellhom bażi għal ambizzjonijiet integralisti ma' l-Italja, u għalhekk sakemm il-Maltin baqgħu bil-Malti u bl-Ingliż, l-Ingliżi kienu kuntenti u sodisfatti.

L-Ingliżi bassru illi bil-mases jitkellmu u jistudjaw il-Malti - li kellu limiti kbar ta' riżorsi storiċi - kien ser ikun hemm spinta fit-tagħlim ta' l-Ingliż bħala mezz strateġikament vantaġġjat għal min ried jiftaħ l-orizzonti ta' l-għerf f'kull qasam.

Mhux b'kumbinazzjoni illi mill-1939 'l quddiem, il-Malti qabad ġmielu. Sadanittant, l-Ingliż kompla jrabbi għeruq fondi speċjalment fit-tagħlim akkademiku li baqax aktar dominju Taljan. Naqset ukoll l-influwenza tal-pubblikazzjonijiet politiċi Taljani fuq l-imħuħ politiċi lokali. Trawmet f'Malta l-influwenza Ingliża fis-sistema tal-qrati (li kienet il-bażi ewlenija tat-Taljan fil-pajjiż), u l-kummerċ adotta l-Ingliż bħala l-lingwa franka tiegħu.

Il-wasla tat-televiżjoni, li fl-istess isem tiegħu juri l-waqgħa fl-influwenza Taljana għax issa iktar qed jintuża t-terminu televixin, flimkien mal-preżenza ta' stazzjonijiet Taljani, ikkontribwiet sabiex it-Taljan jiffiltra aktar element vokabularji fid-diskors Malti. Però dan kien fattur ukoll għall-kompetizzjoni minn sorsi ta' influwenza oħrajn mill-Ingliż illi issa kien beda jiġi mgħallem lil kulħadd fl-iskejjel sa min età żgħira.

Ir-riżultat, fortunatament, hu dak illi hu: Il-Malti sar effetivament il-lingwa uffiċjali ta' artna. Illum jiġi studjat sew u b'serjetà kbira; hemm riċerka attiva fl-aspetti storiċi, lingwistiċi, letterarji u teatrali tal-użu ta' dan l-ilsien. Il-Malti jitkellem mill-maġġoranza tal-Maltin f'Malta (li jammontaw għal kważi 400,000) u f'bosta pajjiżi oħrajn fejn hemm il-Maltin bħal fl-Awstralja, fl-Ingilterra, fil-Kanada, fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u madwar l-Ewropa.

Wieħed jista' jbassar illi kif ġara fis-sekli preċedenti, l-istess Maltin għad iridu jsawru u jifformaw il-karatteristiċi tal-lingwa tagħhom, bħala lingwa ħajja però b'futur kurjuż u interessanti minħabba ir-realtajiet soċjali u politiċi ġodda tas-seklu wieħed u għoxrin.

[editja] Kittieba

Interessanti hu n-numru dejjem jikber ta' xogħlijiet letterarji Maltin ta' nies bħal Oliver Friggieri (li l-kotba tiegħu ta' proża u poeżija ġew tradotti f'bosta lingwi oħra), Ġorġ Pisani (poeta Għawdxi tant maħbub), il-professur Joe Friggieri (kittieb u poeta), Francis Ebejer (drammaturgu), Achille Mizzi (poeta), Ġużè Ellul Mercer (rumanzier), u ħafna oħrajn.


[editja] Aktar tagħrif

Għal aktar tagħrif fuq il-lingwa Maltija żur: http://en.wikipedia.org/wiki/Maltese_language

[editja] Dizzjunarji fuq l-Internet

Dizzjunarju Ingliż-Malti/Malti-Ingliż


Dizzjunarju Universali tal-Malti

Dizzjunarju Bażiku Malti

Static Wikipedia March 2008 on valeriodistefano.com

aa   ab   af   ak   als   am   an   ang   ar   arc   as   ast   av   ay   az   ba   bar   bat_smg   bcl   be   be_x_old   bg   bh   bi   bm   bn   bo   bpy   br   bs   bug   bxr   ca   cbk_zam   cdo   ce   ceb   ch   cho   chr   chy   co   cr   crh   cs   csb   cv   cy   da   en   eo   es   et   eu   fa   ff   fi   fiu_vro   fj   fo   fr   frp   fur   fy   ga   gd   gl   glk   gn   got   gu   gv   ha   hak   haw   he   hi   ho   hr   hsb   ht   hu   hy   hz   ia   id   ie   ig   ii   ik   ilo   io   is   it   iu   ja   jbo   jv   ka   kab   kg   ki   kj   kk   kl   km   kn   ko   kr   ks   ksh   ku   kv   kw   ky   la   lad   lb   lbe   lg   li   lij   lmo   ln   lo   lt   lv   map_bms   mg   mh   mi   mk   ml   mn   mo   mr   ms   mt   mus   my   mzn   na   nah   nap   nds   nds_nl   ne   new   ng   nl   nn   nov  

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu